OJ:L_202590313

Redacția Lex24
Publicat in Repertoriu EUR-Lex, Jurnalul Oficial UE, 07/04/2025


Vă rugăm să vă conectați la marcaj Închide

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni EwropeaMTIs-serje L2025/903137.4.2025Rettifika tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 435 tat-23 ta' Diċembru 2020)1.Fid-dokument kollu, għandhom jiġu kkoreġuti t-termini “sal-12 ta’ Jannar” u “sal-12 ta’ Lulju” għal “sat-12 ta’ Jannar” u “sat-12...

Informatii

Data documentului: 07/04/2025; data publicării
Emitent: Parlamentul European, Consiliul Uniunii Europene
Formă: Repertoriu EUR-Lex
Formă: Jurnalul Oficial UE
European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta’l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/90313

7.4.2025

Rettifika tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 435 tat-23 ta' Diċembru 2020)

1.

Fid-dokument kollu, għandhom jiġu kkoreġuti t-termini “sal-12 ta’ Jannar” u “sal-12 ta’ Lulju” għal “sat-12 ta’ Jannar” u “sat-12 ta’ Lulju”, rispettivament.

2.

Fil-paġna 26, fl-Artikolu 13, il-paragrafu 7,

minflok:

“Sat-12 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida tekniċi rigward il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ tas-sustenzi tal-per- u l-polifloroalkil skont il-parametri ‘PFAS totali’ u t-‘Total tal-PFAS’, inkluż il-limiti ta’ detezzjoni, il-valuri parametriċi u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni.”

,

aqra:

“Sat-12 ta’ Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi linji gwida tekniċi rigward il-metodi ta’ analiżi għall-monitoraġġ tas-sustenzi tal-per- u l-polifloroalkil skont il-parametri ‘PFAS Totali’ u s-‘Somma tal-PFAS’, inkluż il-limiti ta’ detezzjoni, il-valuri parametriċi u l-frekwenza tat-teħid ta’ kampjuni.”.

3.

Fil-paġna 32, fl-Artikolu 25, il-paragrafu 1,

minflok:

“1.   Sal-12 ta’ Jannar 2026, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jikkonforma mal-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I għal Bisfenol A, Klorat, Klorit, Aċidi Aloaċetiċi, Mikroċistina-LR, total ta’ PFAS, Somma ta’ PFASs u Uranju.”

,

aqra:

“1.   Sat-12 ta’ Jannar 2026, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jikkonforma mal-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I għal Bisfenol A, Klorat, Klorit, Aċidi Aloaċetiċi, Mikroċistina-LR, PFAS Totali, Somma tal-PFAS u Uranju.”.

4.

Fil-paġna 38, fl-Anness I, il-parti B, fit-tabella “Parametri kimiċi”, taħt l-intestatura “Parametru”,

minflok:

“PestiċidiTotal”,

aqra:

“Pestiċidi Totali”.

5.

Fil-paġna 38, fl-Anness I, il-parti B, fit-tabella “Parametri kimiċi”,

minflok:

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

(…)

“PFAS Total

0,50

μg/l

‘PFAS Total’ tfisser l-għadd totali tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati. Dan il-valur parametriku għandu japplika biss ladarba jiġu żviluppati linji gwida tekniċi għall-monitoraġġ ta’ dan il-parametru f’konformità mal-Artikolu 13(7). L-Istati Membri jistgħu mbagħad jiddeċiedu li jużaw il-parametri ‘PFAS Total’ jew ‘Għadd ta’ PFAS’.”,

aqra:

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

(…)

“PFAS Totali

0,50

μg/l

‘PFAS Totali’ tfisser l-għadd totali tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati. Dan il-valur parametriku għandu japplika biss ladarba jiġu żviluppati linji gwida tekniċi għall-monitoraġġ ta’ dan il-parametru f’konformità mal-Artikolu 13(7). L-Istati Membri jistgħu mbagħad jiddeċiedu li jużaw il-parametri ‘PFAS Totali’ jew ‘Somma tal-PFAS’.”.

6.

Fil-paġna 38, fl-Anness I, il-parti B, fit-tabella “Parametri kimiċi”,

minflok:

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

(…)

“Għadd ta’ PFAS

0,10

μg/l

‘Għadd ta’ PFAS’ tfisser l-għadd tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati meqjusa bħala ta’ tħassib fir-rigward tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem elenkati fil-punt 3 tal-Parti B tal-Anness III. Dan hu subsett ta’ sustanzi ‘PFAS Total’ li fihom frazzjoni ta’ perfluworoalkilati bi tliet karboni jew aktar (jiġifieri –CnF2n–, n ≥ 3) jew frazzjoni ta’ perfluworoalkiletere b’żewġ karboni jew aktar (jiġifieri – CnF2nOCmF2 m–, n u m ≥ 1).”,

aqra:

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

(…)

“Somma tal-PFAS

0,10

μg/l

‘Somma tal-PFAS’ tfisser l-għadd tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati meqjusa bħala ta’ tħassib fir-rigward tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem elenkati fil-punt 3 tal-Parti B tal-Anness III. Dan hu subsett ta’ sustanzi ‘PFAS Totali’ li fihom frazzjoni ta’ perfluworoalkilati bi tliet karboni jew aktar (jiġifieri –CnF2n–, n ≥ 3) jew frazzjoni ta’ perfluworoalkiletere b’żewġ karboni jew aktar (jiġifieri – CnF2nOCmF2 m–, n u m ≥ 1).”.

7.

Fil-paġna 53, fl-Anness III, il-parti B, il-punt 3,

minflok:

“3.   Għadd ta’ PFAS

Is-sustanzi rilevanti li ġejjin għandhom jiġu analizzati abbażi tal-linji gwida tekniċi żviluppati f’konformità mal-Artikolu 13(7): (…)”,

aqra:

“3.   Somma tal-PFAS

Is-sustanzi rilevanti li ġejjin għandhom jiġu analizzati abbażi tal-linji gwida tekniċi żviluppati f’konformità mal-Artikolu 13(7): (…)”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2020/2184/corrigendum/2025-04-07/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top

Abonati-va
Anunțați despre
0 Discuții
Cel mai vechi
Cel mai nou Cele mai votate
Feedback-uri inline
Vezi toate comentariile
0
Opinia dvs. este importantă, adăugați un comentariu.x